Register
Friday, July 30, 2010
 

  My Vision
   
L-Aqwa fl-Ewropa : L-Aqwa Vizjoni Minimize
 

 

 Claudette Abela Baldacchino

 L-Aqwa fl-Ewropa : L-Aqwa Viżjoni

 Biex verament inkunu l-aqwa fl-Ewropa, kull tifla u tifel, kull żagħażugħ u żagħżugħa, kull mara u kull raġel, kull familja, kull pensjonant u pensjonanta u kull anzjan u anzjana - huma min huma għandhom dritt li jgħixu kuntenti, bl-ahjar kundizzjonijiet socjali, ekonomiċi u ambjentali fl-isfond tal-aqwa żvilupp uman.
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
Għalhekk ‘Għalik u Miegħek’, għaliex ser inkun qiegħda :
 
1. Nuża l-ħiliet tiegħi kollha biex il-familji ma jiġux sfruttati minħabba kriżijiet finanzjarji li qed jiżviluppaw internazzjonalment, u f’pajjiżna tingħeleb l-isfida ġdida li għandna quddiemna li qiegħda toħloq saffa ġdida ta’ tfal, żgħażagħ u familji li qed jispiċċaw imcaħħda u esklużi soċjalment.
 
2. Ser nara li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin u dawk bin-negozju jkollhom serħan il-moħħ kredibbli, u l-kelma ġdida flexicurity (li l-għan tagħha huwa li tinkoragixxi ħinijiet flessibli ta’ xogħol) ma tkunx tfisser nuqqas ta’ sigurta għax-xogħol tagħhom.
 
3. F’qafas Ewropew naħdem biex koppji żgħażagħ u oħrajn li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja jsibu triq aktar ġusta f’oqsma bħal tad-djar, aċċess għal faċilitajiet għall-familja u anki għajnuna aħjar għal edukazzjoni tul il-ħajja li tgħinhom isibu x-xogħol u jiżviluppaw aħjar it-talenti tagħhom anki permezz ta’ programmi u fondi mill-Unjoni Ewropea.
 
4. Naħdem biex fl-interess tal-familji Maltin u Għawdxin is-sistema b’saħħitha ta’ servizzi b’xejn tas-saħħa tinżamm u tibqa’ titjieb għall-ġejjieni.
 
5. Naħdem għal drittijiet indaqs mingħajr diskriminazzjoni kontra n-nisa, iż-żgħażagħ, persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti, il-persuni b’diżabilita’, nies ta’ fehmiet politiċi demokratiċi differenti u nies b’kulturi u reliġjonijiet differenti.
 
6. Naħdem biex fondi mill-Unjoni Ewropea speċjalment dawk allokati għal Malta f’oqsma tal-familja, l-iżvilupp uman, l-innovazzjoni u l-kreattivita’, tibdil fil-klima, u f’oqsma bhat-turiżmu u żoni rurali u urbani ma jintilfux, anzi fil-maġġoranza tagħhom jinkisbu u jiġu utilizzati sal-massimu u fl-aħjar interess tal-familji u l-intrapriżi żgħar u medji.
 
7. Se nara li permezz ta’ inizjattivi Ewropej l-ambjent, l-arti, il-kultura, il-wirt kulturali, folkloristiku u storiku jkunu fuq nett tal-aġenda. niddedika l-ħiliet u r-riżorsi tiegħi biex il-Kunsilli Lokali, għaqdiet mhux governattivi, inizzjattivi tal-artisti, l-istituti tal-karita’, tal-Knisja u oħrajn, u l-kumplament tas-soċjeta ċivili kollha possibilment jibbenifikaw minn fondi Ewropej.
 
8. Nagħmel dak kollu possibli biex ir-reġjun tal-Mediterran jingħata prijorita’ mill-Parlament Ewropew, u nara li b’mod partikolari tiġi indirizzata l-problema tal-immigrazzjoni illegali li llum saret kwazi agħar mill-problema tat-traffikar tad-droga.
 
9. Tal-anqas darba kull tliet xhur, nagħmel żjarat ta’ aġġornament mall-Kunsilli Lokali, u darba kull sitt xhur niltaqa’ mad-delegati tal-Konferenza Generali tal-Partit Laburista f’laqgħat reġjonali fix-Xlokk, il-Majjistral u Għawdex, u maċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
 
 
Għalik u Miegħek
 
 
Claudette Abela Baldacchino,
Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
 
 
 
  
 
Privacy Statement | Terms Of Use Copyright